Sport Sport Ieħor

Se tkun organizzata nofs maratona fl-istess ġurnata tal-iSportMalta Charity Marathon

Se tkun organizzata nofs maratona fl-istess ġurnata tal-iSportMalta Charity Marathon li se tkun organizzata mill-Gvern. L-organizzatur tal-Maratona ta’ Malta qed jistieden lill-atleti li kienu se jieħdu sehem fil-Maratona li issa hija mħassra, sabiex jipparteċipaw fin-nofs maratona.

L-organizzaturi iddistakkaw ruħhom mill-maratona organizzata mill-Gvern, bl-organizzatur inizjalment jistieden lill-atleti sabiex jużaw rotta differenti minn dik li se tintuża fiċ-Charity Run. Intant, se tkun organizzata nofs maratona fil-lokalita’ tal-Qrendi, li se tkun qed tibda fis-6.45am fejn se tkun qed tispiċċa fl-inħawi tal-Maqluba.

Athletics Malta qalu li huma m’humiex qed jirrikonoxxu n-nofs maratona fil-Qrendi filwaqt li ddistakkaw ruħhom minn avvenimenti li se jsiru mingħajr il-permessi neċċessarji.