Internazzjonali

Tibda l-invażjoni tal-Ukrajna

Il-Forzi Armati Russi invadew l-Ukrajna, f’missjoni militari qawwija b’ordni diretti mingħand il-President Vladimir Putin – b’rapporti internazzjonali jindikaw li numru ta’ attakki bil-missili u splużjonijiet f’diversi ibliet Ukreni.

Il-Pulizija Ukrena qed tirrapporta li s’issa huma sebgħa l-persuni li mietu fl-attakki Russi hekk kif ġie spjegat li hemm ukoll 19-il persuna rrapportati nieqsa wara attakk qrib Odessa.

Il-President Russu Vladimir Putin wissa li min jiprova jwaqqaf lir-Russi b’xi mod jew ieħor…ir-rispons ta’ Moska se tkun devastanti u istanti. Huwa appella lis-Suldati Ukreni sabiex jirtiraw minnufih

Bosta iddeskrivew dawn l-attakki bħala kodardi, hekk kif Putin ordna li jsiru l-attakki bil-lejl…waqt li kulħadd kien jinsab rieqed.

Dan filwaqt li l-President tal-Istati Uniti Joe Biden wiegħed li d-dinja se tkun qed tieħu l-passi kollha neċessarji fil-konfront tar-Russja… bil-Kap tan-NATO Jens Stoltenberg jisħaq li kulħadd jinsab wara l-Ukreni  bin-NATO se jkun qed jagħmel dak kollu possibbli biex jiddefendi l-alleati.

Hekk ukoll il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea – li kkundannaw b’mod assolut l-offensiva Russa – offensiva li possibilment tista’ toħloq l-agħar gwerra fl-Ewropa mit-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn.

Segwu Net News għall-aħħar aġġornamenti dwar dawn l-iżviluppi.

Agħfas hawn biex tara l-filmat.