Il-qawwiet tar-Russja ħatfu l-kontroll tal-impjant nukleari ta’ Chernobyl wara battalja qalila mad-difensuri Ukreni. Intant mhix magħrufa l-kundizzjoni tal-faċilitajiet ta’ Chernobyl għall-ħażniet tal-materjal nukleari, fost l-inkwiet dwar ‘leaks’ tar-radjazzjoni li kapaċi jaffettwaw diversi bnadi tal-Ewropa.
L-aħħar filmati miz-zona qegħdin juru tankijiet tal-gwerra u vetturi armati Russi quddiem ir-reattur ( meqrud) ta’ Chernobyl, li jinsab ftit għexieren ta’ kilometri lejn it-tramuntana ta’ Kiev.
Fi żviluppi oħra, it-Turkija rappurtat li wieħed mill-bastimenti tagħha intlaqat minn bomba waqt li kien ‘il barra mill-kosta ta’ Odessa fl-Ukrajna. Dan fost il-ġlied li kien għaddej b’dik iz-zona u meta t-Turkija hi membru importanti tan-NATO. Dan l-inċident u oħrajn simili qed jenfasizzaw l-inkwiet li l-gwerra fl-Ukrajna kapaċi ‘tinfiltra’ għal pajjiżi oħra u bir-riżultat li jinqala’ konflitt akbar u wiesgħa fl-Ewropa.
//= $special ?>