Eks mexxej tan-NATO wissa li l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja kapaċi twassal għal gwerra nukleari. Fil-fatt. Sir Adrian Bradshaw, li serva bħala Deputy Supreme Allied Commander of Europe għan-NATO, qal li jekk is-suldati Russi jidħlu fit-territorji ta’ xi pajjiż membru tal-Alleanza tal-Punent ‘in-NATO tkun lesta u pronta għal gwerra fir-Russja’.
Il-Ġeneral Bradshaw wissa dwar il-konsegwenzi kbar li jkollha tħallas ir-Russja f’każ li l-konflitt jeskala ‘il hinn mill-Ukrajna. Dan meta l-Ukrajna tinsab qrib ħafna tal-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka,is-Slovakkja,l-Ungerija, ir-Rumanija u l-Bulgarija li huma kollha membri tan-NATO
Bradshaw, intant, qed iwissi biex il-pajjiżi bl-ebda mod ma jippermettu r-realtà ta’ gwerra nukleari. Dan meta dejjem hemm theddida fuq din l-iskala fl-isfond ta’ konflitt li qed jiżviluppa – bir-Russi anki jirreferu għal din il-possibbiltà fix-xhur qabel l-invażjoni tal-Ukrajna.
Madankollu, il-Ġeneral Bradshaw ma jaħsibx li hemm ċans kbir li l-konflitt tal-Ukrajna jqajjem element nukleari u fil-kuntest tal-offensiva attwali mir-Russja.
Il-periklu tal-armamenti nukleari jsir imminenti biss f’każ ta’ konflitt militari bejn in-NATO u r-Russja u jekk l-affarijiet, minn dak il-punt, isiru ‘inkontrollabbli’.
//= $special ?>