Ambjent Lokali

Abela ma jitwemminx fis-settur ambjentali

Issa kellna konferma miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista stess. Fl-aħħar 9 snin il-Gvern tal-Labour falla bil-kbir f’dak li għandu x’jaqsam settur ambjentali.

Robert Abela fetaħ il-kampanja elettorali tiegħu b’wegħdiet fuq l-ambjent, wegħdiet riċiklati minn manifesti elettorali tal-Labour tal-2013 u l-2017.

Fil-jiem li għaddew… Net News żar Ġnien Kottoner, ġnien fil-lokalità ta’ Bormla inawgurat minn Gvern Nazzjonalista iżda li sfortunatament f’9 snin ta’ tmexxija Laburista tħalla fi stat dilapitat.

Net News staqsa lill-kandidat tal-Labour u Sindku ta’ Bormla, Alison Zerafa Civelli kif Abela jista’ jitwemmen f’dan is-settur meta diversi ġonna, fosthom dan il-ġnien, tħallew fi stat tal-orrur….b’Zerafa Civelli b’mod surreali tgħid li t-telqa tal-aħħar 9 snin hija tort tal-Partit Nazzjonalista.

Dan huwa l-widen li ta Gvern Laburista għal karbiet tan-nies – spazji mitluqa, tifrik, żdingar, wires tad-dawl u konkrit mikxuf u periklu kbir għal uliedna.

Iżda mistoqsija direttament…oħt Lydia Abela, għal darba darbtejn saħqet, li x-xogħlijiet fuq il-ġnien inbdew…

Madanakollu l-unika pjanti konkreti li persuna tista tara b’rabta ma’ Ġnein Kottoner huma l-ħaxix ħażin u l-ħurrieq.

U meta affaċċjati bir-realtà …hi kompliet mal-imġieba u n-narrattiva sinonima mal-Labour f’dan is-settur – silenzju li jtarrax u domandi mhux imwieġba.