Agħfas hawn: Permezz ta’ din il-link tista’ taċċessa l-Programm Elettorali tal-PN.
Miegħek. Għal Malta. – Viżjoni għal Malta 2030
Programm Elettorali tal-PN li se jkattar l-ġid komuni, bil-persuna fiċ-ċentru.
Huwa dan, dak li ħabbar il-PN fl-aħħar sigħat meta wera biċ-ċar kemm jinsab preparat biex imexxi lil Malta, hekk kif fir-raba’ ġurnata tal-kampanja elettorali, nieda programm ta’ viżjoni b’aktar minn 15-il tema, aktar minn 500 proposta u aktar minn 200 miżura speċifika fuq setturi partikolari.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech spjega kif il-viżjoni tal-PN għal Malta tpoġġi l-ewwel il-viżjoni ta’ pajjiż modern iżda b’ruħ soċjali.
Il-Programm Elettorali tal-PN tfassal bil-ħidma ta’ ħafna persuni, taħt id-direzzjoni ta’ Claudio Grech li meta indirizza l-Kunsill Ġenerali saħaq li qatt ma’ kien hawn programm elettorali b’viżjoni ta’ dan it-tip marbuta miegħu. Hu saħaq li “kuljum se nippublikaw pakkett ta’ miżuri addizzjonali fejn se jkollna aktar minn 700 miżura ta’ proposti mifruxin fuq 5 snin għaliex qalbna qegħda fil-post it-tajjeb.”
//= $special ?>