Lokali

Clayton Bartolo għadu qed jikkalkula kemm swew il-Malta Film Awards… xahar wara

Għadda xahar mis-serata tal-Malta Film Award, serata li fiha l-Ministru Clayton Bartolo u erba’ minn sħabu setgħu jiddandnu ftit biċ-ċoff fuq il-palk ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u żerżqu kelmtejn bl-ingliż.

Din is-serata spiċċat kienet ibbojkottjata minn għadd ta’ producers importanti f’pajjiżna, propju għaliex il-budget għaliha ma kienx jagħmel sens. Dan għaliex, għall-ewwel għal din l-event kien maħsub li se jintefqu mal-€400,000, meta l-budget allokat għal sena sħiħ lil-iScreen Malta Fund hu ta’ €600,000.

Issa, nies fil-qasam qed jgħidu li filfatt għal din is-serata il-ħaddiem Malti ħareġ maż-żewġ miljun Ewro. U allura wieħed jifhem li l-Ministru Clayton Bartolo qed jagħmel minn kollox biex jaħbi kemm berbaq flejjes fuq serata waħda.

Għall-mistoqsijiet ta’ Netnews.com.mt dwar kemm swiet din is-serata, xahra wara li saret, Bartolo għadu mhux kapaċi jagħti ċifra.

Minbarra li ma jafx, jew qed jagħmilha tabirruħu li ma jafx, kemm ġiet tiswa din is-serata, Bartolo jidher li qed iħawwad ukoll f’ċifri marbuta mal-industrija tal-films innifisha. Tant ma kienx kapaċi jwieġeb li spiċċa jitkellem dwar ‘investiment tal-MTA għall-bajjiet’.

L-investiment turistiku li kien qed jirreferi għalih Bartolo huwa makkinarju li jqalleb ir-ramel.

Bartolo baqa’ sal-aħħar jaħrab il-mistqosija sempliċi tagħna, evidenti li ma jridx jgħid kemm berbaq mijiet ta’ eluf biex jiddandan fuq il-palk,