Waqt konferenza organizzata mill-Kamra tal-Kummerċ, bl-isem ‘Competitiveness at Stake – Malta’s Insularity and Peripherality in the EU’, kienu diskussi diversi sfidi li Malta qed tiffaċċja bħala gżira żgħira u iżolata fil-periferija tal-Unjoni Ewropea, bl-aktar li jispikkaw kienu l-ispejjeż tat-trasport marittimu u l-kompetittività tan-negozju li jopera f’ Malta.

Fost il-kelliema fil-konferenza … il-Kelliem Ewlieni tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius saħaq li jidher ċar li fl-2004, ingħaqadna f’Unjoni li minn dakinhar inbidlet radikalment. Dakinhar il-kwistjoni tal-periferija u l-insularità kienet evidenti f’Malta, iżda ma kinitx il-kwistjoni ewlenija għax Malta kellha ħafna flessibbiltà u marġni enormi fejn jidħol ‘state aid’ u l-armonizzazzjoni tat-taxxa.
Peter Agius kompla li bħalissa hemm sensiela sħiħa ta’ mekkaniżmi li qed ikunu ppreżentati fi Brussell, inkluż mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità għall-finanzjament tal-Unjoni Ewropea. S’issa nafu li fl-Unjoni Ewropea, il-bidla hi diffiċli iżda possibli … u Malta tista’ ġġib din il-bidla f’diversi oqsma tal-Unjoni.
Fid-dawl ta’ l-isfidi kollha li Malta qed taffaċja minħabba li għandha insularità doppja – kemm għax hi gżira u għaliex fl-arċipelagu hemm Għawdex – għandna ningħaqdu flimkien u nsibu s-soluzzjonijiet meħtieġa għall-problemi kollha li niffaċċjaw fost l-Istati Membri fejn jidħol il-kummerċ u l-kompetittività tan-negozju.
Min-naħa tiegħu, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi tenna li din id-diskussjoni pprovdiet konferma ċara li l-istatus quo m’għadux tanġibbli. Kompla li issa kulħadd jaf dwar il-problemi li huma evidenti f’dan is-settur … bħaż-żieda fl-ispiża tat-trasport, speċjalment b’dak li qed jiġri fl-Ukrajna bħalissa, fejn fl-aħħar ħin Bloomberg kompla jħabbar żieda fil-prezzijiet tal-merkanzija.
Jason Azzopardi tenna li wara li l-Oppożizzjoni ltaqgħet għal diversi drabi mal-Kamra tal-Kummerċ u semgħet is-sejħa għall-għajnuna tagħhom, ħarġet bi proposta konkreta biex jittaffa l-effett tal-ispejjeż tat-trasport, bil-proposta għal fond nazzjonali ta’ 40 miljun ewro li jiżdied kull sena.
F’din il-konferenża, isemmew diversi fatturi li taw daqqa kbira lil-ekonomija u lill-kompetività f’Malta, fosthom l-invazjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna, il-pandemija tal-Covid-19 u t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
//= $special ?>