Huwa redikolu li fil-ġurnata tal-lum nibqgħu naraw il-politiċi jużaw ix-xandir tal-istat bħala għodda għal gwadann personali. Ċertament li fl-istat li qiegħed bħalissa l-PBS mhux qed joffri servizz lill-pubbliku.
Saħaq dan l-Editur tal-ġurnal Times of Malta fl-Editorjal fil-ħarġa tal-Ħamis fejn sostna li minkejja l-Gvern ta’ Abela kemm-il darba wiegħed li se jagħti s-sostenn meħtieġ lill-PBS, ingħataw biss €6 miljun f’budget…li jindika biċ-ċar li l-unika ħaġa li huwa kommess fuqha hu li jara kemm il-PBS jista’ jkun tal-aħjar servizz, mhux għal pubbliku…imma għall-Gvern Laburista nnifsu.
L-Editorjal jisħaq li x-Xandir Pubbliku għandu importanza kbira u hemm bżonn urġenti li din il-kwistjoni tiġi indirizzata f’pajjiżna mill-aktar fis. Intqal li aktar kmieni dan ix-xahar il-Partit Nazzjonalista ħabbar li se jkun qed iressaq il-PBS quddiem il-Qorti kostituzzjonali minħabba propoganda qawwija favur il-Partit Laburista.
L-Editur jisħaq li ma jistax ikun li l-management tax-xandir pubbliku jintgħażel kollu kemm hu minn xi Ministru, inkluż il-Kap Eżekuttiv. Għaldaqstant it-Times tisħaq li ma kinitx sorpriża li l-istazzjon il-ġdid tal-PBS, TVM NEWS+, tħabbar mill-Ministru Carmelo Abela u mhux mill-bord tal-PBS.
L-Editorjal intqal li din il-mossa li jneħħu TVM2 u jbidluh f’dan l-istazzjon wassal biss biex l-udjenza naqset, b’numru ta’ programmi ta aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti jitneħħew mhux għax kienu ta’ kwalita ħażina imma għax kienu kritiċi tal-Gvern ta’ Abela.
L-Editur itemm jgħid li hemm bżonn li l-partiti politiċi jieqfu jaħtu x-xandir tal-istat u minflok jagħmlu rebrand stazzjon, jagħmlu rebard tas-servizz tal-istat innifsu.
//= $special ?>