Waqt laqgħa sabiħa li Bernard Grech kellu fil-lokalitajiet ta’ Ħal Kirkop u Ħad-Dingli, Bernard Grech qal li huwa jinsab mar-residenti kollha ta’ dawn il-lokalitajiet sabiex ikompli jitwassal il-messaġġ tal-ġid li l-Partit Nazzjonalista se jġib lil dan il-pajjiż
Bernard Grech qal li permezz ta’ dawn iż-żjarat il-Partit Nazzjonalista qed jersaq iktar viċin in-nies. Huwa qal li dawn huma wħud mill-isbaħ lokalitajiet f’Malta fejn fihom il-poplu bena u żvilippa artkitettura li hija sabiħa, fejn kienu Gvernijiet Nazzjonalisti li pproteġew dan il-wirt ta’ pajjiżna.
Il-Kap tal-PN qal li l-Partit Nazzjonalista, filwaqt li jaħseb fil-ġid ta’ kulħadd, jaħseb ukoll fil-ħidma komuni.. “Irridu li b’viżjoni ċara għal pajjiżna nagħtuk l-opportunità li mhux biss twelled il-ħolm tiegħek iżda flimkien inwettqu dan il-ħolm.”

Huwa tkellem ukoll dwar l-importanża li nkompu niġġieldu għal-liberta. Sostna li l-mixja hija waħda iebsa iżda lkoll flimkien din il-mixja se ssir possibbli.
Diversi persuni li tkellmu ma’ Bernard Grech faħħru l-proposti li qed iħabbar il-PN għaliex qed jifhmu li Gvern ġdid tal-PN se jagħmel id-differenza fil-ħajja tagħhom b’mod partikolari fil-kwalità tal-ħajja u f’dak li għandu x’jaqsam flus fil-but grazzi għall-viżjoni fit-tul, li se ġġib f’pajjiżna investimenti kbar, fosthom b’setturi li jrendu għal tul ta’ snin.
Bernard Grech minn naħa tiegħu fakkar kif fost il-proposti li diġa ħarġu hemm li “se nkunu qed nippremjaw il-bżulija u lkoll flimkien ser ikollna pajjiż aħjar.” Aħna lesti li nigvernaw jekk intom tagħtuna l-fiduċja.”
Huwa fakkar kif iktar kmieni matul il-ġurnata appella lill-Prim Ministru Robert Abela biex iwaqqaf l-iskema tal-bjegħ taċ-ċittadinzna liċ-ċittadini Russi li qed jiġu f’pajjiżna. Dan għaliex hemm allegazzjonijet li dawn jistgħu jkunu qed jinfiltraw biex jużaw lil Malta bħala bażi.
