Għawdex Lokali

Il-Gozo Business Chamber pożittiva dwar il-proposta tal-PN għal sptar ġdid f’Għawdex

Joħorġu aktar reazzjonijiet pożittivi fuq kif il-PN qed jagħmel proposti biex jindirizza bl-aqwa mod lill-Għawdex, b’politika ta’ fejda.

Net News ħa l-kumment ta’ Daniel Borg il-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Business Chamber fejn ta’ ħarsa lejn numru ta’ proposti tal-PN b’risq il-gżira Għawdxija.

Il-Gozo Business Chamber faħħret ukoll il-proposti dwar is-settur tas-saħħa f’Għawdex.

Net News tkellem ukoll ma’ Joe Muscat, il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex, il-GTA.

Il-GTA laqgħet l-enfasi li qed jagħmel il-PN biex tissaħħaħ l-identità Għawdxija bi żvilupp sostenibbli.