Kemm Robert Abela kif ukoll Alex Muscat, li huwa respnonsabbli mill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, jidhru li qed jagħżlu li jinjoraw id-direttivi ċari li ħarġi minn Brussell, u se jkomplu jagħtu l-passporti Maltin lir-Russi.
Fl-ewwel kummenti minn Brussell stess, wara li fis-summit tal-mexxejja, il-Kunsill Ewropew inisista li għandu jitwaqqaf immedjatament il-bejgħ ta’ passaporti lir-Russi, il-Prim Ministru Malti evita għal kollox li jitkellem dwar dan jew li jikkommetti ruħu li jżomm mas-sanzjonijiet li qed titlob l-Ewropa.
L-Ewropa qed tinsisti li dawn l-iskemi jitwaqqfu fejn jidħlu ċittadini Russi fl-isfond tal-attakki ta’ Putin fuq art Ukrena.
Anke s-Segretarju Parlamentari Alex Muscat li huwa direttament responsabbli minn din l-iskema, li skont l-Unjoni Ewropea l-Kremlin qed jużaha biex jinfiltra fl-Ewropa, iġġustifika l-fatt li l-Gvern Laburista se jkompli jiftaħ il-bibien tal-Ewropa lir-Russi permezz tal-passaport Malti meta qal li dawk li japplikaw ‘jgħaddi minn due diligence li ħadd m’għandu bħalu’ u għaldaqstant ikkonferma li l-Gvern ta’ Robert Abela m’għandu l-ebda intenzjoni li jwaqqaf din l-iskema lir-Russi. minkejja li l-Ewropa qed tinsisti dwar dan.
Intant, NetNEWS talab lil Muscat jikkonferma jekk numru ta’ oligarki Russi li huma magħrufa għar-rabta mill-qrib ferm ma’ l-President Russu Vladimir Putin ingħtawx passaport Malti mill-Gvern Laburista. Sa issa, is-Segretarju Parlamentari għadu ma weġibx għad-domandi tagħna.
//= $special ?>