It-tankijiet tal-gwerra tar-Russja, għall-ewwel darba, bdew deħlin fid-distretti ta’ Kiev li huma eqreb iċ-ċentru tal-kapitali — bid-difensuri ( suldati u ċivili) qegħdin jikkonsolidaw ‘fażi ta’ difiża’ kontra l-qawwiet ta’ Moska.
L-isparar qed jinstama’ minn diversi bnadi tal-kapitali fejn ir-reżistenza hi rappurtata bħala ‘feroċi’ u fejn hu rappurtat li l-qawwiet Russi qegħdin jitilfu n-nies ma kull pass li jieħdu lejn il-qalba tal-kapitalli Ukrena. L-akbar ġlied jidher li għaddej fid-distrett ta’ Obolon, viċin iċ-ċentru ta’ Kiev u meta hemm ukoll l-isparar qrib il-kwartier li jinkludi l-bini tal-Gvern tal-Ukrajna.
Is-Sindku ta’ Kiev — l-eks champion tal-boxing Vitali Klitschko — qal li r-Russi ‘ iridu jġibu lir-residenti ta’ Kiev għar-rkubbtejhom qabel jeliminawhom.’ Intant, il-Ministeru tad-Difiża Russu qal li l-qawwiet tiegħu imblukkaw l-aċċess għal Kiev mid-direzzjoni tal-Punent minbarra li ħatfu kontroll tal-ajruport ta’ Gostomel, viċin il-kapitali. L-ajruport kapaċi jkollu rwol kruċjali fl-invażjoni, meta l-militar Russu jista’ jużah biex jittrasferixxi aktar militar lejn l-artijiet Ukreni.
//= $special ?>