Internazzjonali

Il-Gwerra fl-Ukrajna: Iċ-Ċina ma tikkundannax l-invażjoni…

Iċ-Ċina mhix lesta li tingħaqad mal-Punent f’kundanna ‘universali’  għall-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet Russi. Fil-fatt, Beijing lanqas ma jrid jirreferi għall-inkursjonijiet militari tar-Russi fl-Ukrajna bħala ‘invażjoni’.

Ir-relazzjonijiet tar-Russja maċ-Ċina komplew jissaħħu fl-aħħar xhur – bil-President Ċiniż Xi Jinping, issa, iċempel lill-President tar-Russja, Vladimir Putin, biex jgħidlu li ċ-Ċina qed tappoġġja lil Moska ‘fl-isforzi lejn soluzzjoni għall-kriżi (tal-Ukrajna) permezz tad-djalogu’.

Hu minnu wkoll, iżda, li l-kriżi attwali bejn l-Ukrajna u r-Russja qed timponi sfida kbira għaċ-Ċina (bħala ġar tar-Russja) fuq diversi fronti. Madankollu, il-Gvern komunista f’Beijing hu aktar dispost li ‘jikkundanna l-aġir aggressiv tal-Punent u l-Alleanza tan-NATO’ milli juża retorika iebsa fil-konfront ta’ Vladimir Putin u r-Russja.