Il-Gvern tal-Ukrajna qed iħeġġeġ biex il-poplu jirreżisti l-invażjoni ta’ artu mill-qawwiet tar-Russja – u meta t-truppi u t-tankijiet tal-gwerra ta’ Moska qegħdin javvanzaw eqreb iċ-ċentri urbani ta’ Kiev.
Fl-aħħar sigħat, it-taqsimiet tal-Armata Russa laħqu d-distretti lejn it-tramuntana ta’ Kiev fost ir-reżistenza ħarxa mit-truppi Ukreni megħjuna minn ċivili u voluntiera.
Il-Gvern tal-President Ukren, Volodymyr Zelensky sejjaħ biex iċ-ċittadini fi Kiev jipproduċu l-Molotov cocktails (bombi tan-nar għal kontra l-vetturi armati) bħala parti mid-difiża tal-kapitali. Dan meta l-belt ta’ Kiev kienet anki suġġetta għall-attakki mill-qawwiet tal-ajru tar-Russja.
Fl-aħħar sigħat ukoll, il-qawwiet tar-Russja ċċirkondaw ‘il-belt ta’ Chernihiv, li tinsab xi 150 kilometru lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Kiev. Rapporti oħra qalu li r-Russi ħatfu kontroll tal-ajruport ta’ Hostomel viċin ta’ Kiev u fejn il-qawwiet ta’ Moska ‘eliminaw lil 200 membru tal-qawwiet speċjali Ukreni’.
//= $special ?>