Internazzjonali

Il-Gwerra fl-Ukrajna: L-UE tiffriża l-assi ta’ Putin u Lavrov

L-Unjoni Ewropea ddeċidiet li tiffriża l-assi fl-Ewropa li huma proprjetà tal-President tar-Russja, Vladimir Putin u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov. Dan meta mhux ċar jekk Putin u Lavrov għandhomx l-assi sinifikanti madwar il-kontinent Eweropew.

Intant, l-approvazzjoni ngħatat wara li l-potenzi tal-UE damu s-sigħat jaħdmu fuq pjan speċifiku għall-iffriżar tal-assi ‘ta’ dawn iż-żewġ protagonisti wara l-konflitt tal-Ukrajna’. Id-deċiżjoni hi wkoll relatata mal-pakkett ta’ miżuri mill-Unjoni li qed jinkludi ‘azzjonijiet determinati’ kontra l-banek u l-industriji tar-Russja.

Dan wara li l-President tal-UE, Ursula von der Leyen, qalet li l-Unjoni għandha tiċħad lis-sistema bankarja tar-Russja mill-aċċess għas-swieq tal-kapital.