Internazzjonali

Il-Gwerra fl-Ukrajna: Sanzjonijiet imposti għall-eks-Ambaxxatur tar-Russja għal Malta

L-eks ambaxxatur tar-Russja għal Malta, Valentina Matviyenko, hi fost l-uffiċjali ewlenin qrib il-Kremlin li spiċċaw suġġetti għas-sanzjonijiet tal-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea.

Matviyenko, imwielda l-Ukrajna, hi l-unika mara msieħba fil-Kunsill tas-Sigurtà influwenti ta’ Moska waqt li hi magħrufa sew għar-rabtiet mill-qrib mal-President Russu Vladimir Putin u ma’ Dimitry Medvedev li ilu mill-2020 iservi bħala Viċi-Chairman tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu,

Valentina Matviyenko serviet bħala ambaxxatur għal Malta bejn l-1991 u l-1995.