Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Ir-Russja lesta għal taħditiet ‘bil-kundizzjonijiet’

epa05771714 Ukrainian servicemen stand near of their armed personal carrier (APC) at the eastern city of Avdiivka, Donetsk area, Ukraine, 04 February 2017. Heavy artillery and rockets have hit residential and industrial areas amid a new outburst of fighting between government troops and Russia-backed separatist rebels. The fighting in Avdiivka damaged infrastructure and left residents with power and heating outages amid freezing conditions. EPA/VOLODYMYR PETROV

Dmitry Peskov, il-kelliem għall-Kremlin, qal li r-Russja tinsab lesta għal taħditiet mal-Ukrajna u meta ‘kull djalogu potenzjali’ irid isir f’Minsk, il-kapitali tal-Belarus.

Fl-istess ħin, ir-Russja insistiet biex it-taħditiet jinvolvu ‘dikjarazzjoni għal status newtrali mill-Ukrajna’. Dan waqt li l-President Zelensky sejjaħ għal taħditiet mal-President Russu Vladimir Putin — bit-talba tiegħu ma tkunx aċċettata. Il-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, Sergei Lavrov, qal ukoll li ma jistgħu jsiru l-ebda taħditiet ma’ Kiev qabel l-Armata tal-Ukrajna ċċedi l-armi.

Fl-aħħar sigħat, il-President Ukren kellu taħditiet mal-Prim Ministru Britanniku Boris Johnson u mexxejja oħra tal-Punent, Dan meta l-Ewropa hi mimlija bl-ammirazzjoni għall-qlubija tad-difensuri Ukreni f’din is-siegħa ta’ prova. Zelensky  talab biex iċ-ċittadini fl-Ewropa jipprotestaw ‘dwar il-massakru tan-nies innoċenti fl-Ukrajna’ u biex huma jitolbu lill-Gvernijiet tal-Punent biex ‘jintervjenu’ bil-għan li jwaqqfu l-aggressjoni tar-Russja.