Matul il-jum tal-Ħamis kienu bosta sportivi fosthom fil-partiti mill-UEFA Europa League li wasslu messaġġi kontra l-gwerra u favur il-paċi fl-Ukrajna. Fil-partita bejn Napoli u Barcelona iż-żewġ timijiet żammew banner li jaqra ‘STOP WAR’.
Fil-partita bejn Atalanta u Olympiacos l-attakkant Ukren Ruslan Malinovsky iċċelebra ż-żewġ gowls tiegħu bi flokk li jaqra ‘No War in Ukraine’ f’appell għall-paċi f’art twelidu.
Fil-partita mill-UEFA Conference League bejn Slavia Prague u Fenerbache, il-players ta’ Slavia Prague ħarġu għall-‘warming up’ bi flokkijiet sofor b’messaġġ ta’ solidarjeta’ mal-Ukrajna.