“Il-Partit Nazzjonlista jista’ joffri viżjoni u futur aħjar għat-tnax il-distrett”.
Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-kandidati tal-Partit Nazzjonlista li se jikkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali fuq it-12-il Distrett waqt attività politika li saret fil-Mellieħa.
“Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-viżjoni u l-investiment se jkun qed ipoġġi liċ-ċittadin fiċ-ċentru tal-politika tiegħu”, hekk stqarr il-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista Ivan J Bartolo.

Bartolo qal li permezz tal-investiment li se jkun qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista se jkun jista’ jtejjeb il-kwalità ta’ kull individwu anke dak li għaddej minn tbatijiet.
Claudette Buttigieg tkellmet dwar l-importanza li l-kandidati kollha jkomplu jkun viċin in-nies u jisimgħu il-problemi tan-nies hekk kif f’pajjiżna bħalissa hawn ħafna nies li qed ibatu. Buttigieg żiedet tgħid li l-Partit Nazzjonalista biss jista’ jsolvi l-problemi li ħoloq il-Gvern Laburista fl-aħħar disa’ snin.

Hi qalet li n-nies qed jimmotivaw lill-Partit Nazzjonalista biex flimkien naslu għall-bidla li pajjiżna tant għandu bżonn. Buttigieg temmet id-diskors tagħha b’appell lil Laburisti ġenwini biex huma wkoll jagħmlu kuraġġ u fis-26 ta’ Marzu jivvotaw lill-Partit Nazzjonlista għall-bidla li jeħtieġ pajjiżna.
Il-Kandidat Ivan Castillo qal li l-Partit Nazzjonlista qed jisma’ l-problemi tan-nies u hu lest li jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar lill-poplu Malti u Għawdxi kollu. Castillo qal li kull proposta li hemm fil-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonlista qegħda hemm biex ittejjeb il-ħajja tan-nies.

Hu kompla billi qal li l-PN qed jifhem li s-self-employed għandu jkollu d-drittijiet tiegħu, fehem lill-frontliners u se jkun qed jagħatihom bonus annwali kif ukoll fehem lil dik il-persuna li titlef l-impjieg tagħha u se jkunu qed jingħata benefiċċju annwali u taħriġ biex itejjeb il-ħiliet tiegħu.
“Il-Partit Nazzjonlista qed jagħmel id-differenza wkoll mill-Oppożizzjoni”, hekk stqarr il-Kandidat Robert Cutajar fejn qal li fl-aħħar snin minkejja li ma kienx fil-Gvern il-Partit Nazzjonlista rnexxielu jaħmel id-differezna hekk kif fost l-oħrajn ġie introdott il-community policing.

Cutajar tkellem ukoll dwar il-problemi ambjentali li ħoloq il-Gvern Laburista u stqarr li jista’ jkun biss il-PN li jibdel dan u joħloq id-differenza anke fl-ambjent. Robert Cutajar temm id-diskors tiegħu billi qal li fis-26 ta’ Marzu, l-poplu Malti u Għawdxi għandu jivvota għall-PN għaliex se jkun qed jagħtik l-aqwa u l-aħjar.
Il-Kandidat Maria Deguara tkellmet dwar il-proposti li l-Partit Nazzjonlista qed jagħmel fil-qasam tal-anzjani u l-persuni b’diżabbilità. Deguara qalet kif f’pajjiżna hawn aktar minn 120,000 anzjan u li ħafna minnhom jinsabu f’xifer il-faqar.

Fost il-proposti, il-PN se jkun qed jara li l-pensjoni ma tibqax taxxabbli, li l-pensjonanti romol jibqgħu intitolati għall-pensjoni sħiħa, u l-pensjoni se ssir daqs il-mimum wage.
Il-Kandidat Graziella Galea tkellmet dwar kif il-Partit Laburista jistħi mill-passat tiegħu u hu biss il-Partit Nazzjonalista li jista’ jsewwi l-problemi li ħoloq il-Gvern Laburista f’numru ta’ setturi. Galea ndirizzat il-problemi li ħoloq Gvern Laburista fil-qasam tal-ambjet u tal-infrastruttra fit-t12-il distrett fost l-oħrajn.

Graziella Galea qalet kif il-Partit Nazzjonlista fil-Gvern se jkun Gvern serju u nadif u fakkret kif kien Partit Nazzjonlista li ta liż-żagħżagħ tagħna futur aħjar billi ħoloq opportunitajiet f’kull qasam.
//= $special ?>