Elezzjoni 2022 Lokali Proposti 2022

Il-proposti tal-PN taż-żieda fl-istipendji u l-għajnuna għall-first-time buyers imfaħħra miż-żgħażagħ Għawdxin

Illejla Bernard Grech iltaqa’ ma diversi żgħażagħ f’Għawdex fejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kompla jisħaq fuq l-importanza li ż-żgħażagħ jingħataw l-inċentivi kollha biex ikunu jistgħu jirnexxu f’pajjiżna “għaliex huma l-preżent u l-futur ta’ pajjiżna u rriduhom fiċ-ċentru tal-politka tagħna.”

Dawk li tkellmu ma’ Bernard Grech faħħru l-proposti li qed joħroġ il-PN b’mod partikolari l-investimet ta’ biljun ewro f’10 setturi ekonomiċi ġodda li għaż-żgħażagħ se jkun qed joħloq futur b’impjieg li miegħu iġib opportunitajiet u pagi li jrendu. Fost l-oħrajn filfatt, għal Għawdex b’mod partikolari, Bernard Grech wiegħed kampus ġdid tal-MCAST li jkun jiffoka fuq is-settur li fuqhom se jibni l-ekonomija Gvern ġdid tal-PN

L-aktar proposta li laqtet liż-żgħażagħ kienet dik li jiżdiedu l-istipendji b’25% u l-proposta tal-first-time buyers li għalihom Gvern ġdid tal-PN qed joffri għajnuna sostanzjali. Dan billi jagħti lura nofs l-interessi tal-ewwel 5 snin fuq is-self li jieħdu mill-banek meta jisselfu biex jixtru propjetà.

Intlaqgħu tajjeb ukoll il-proposti tat-trasport tal-massa u l-impenn li l-PN għandu lejn l-ambjent ta’ pajjiżna.

Il-Kap tal-PN ingħata merħba sabiħa ħafna miż-żgħażagħ f’Għawdex fejn kompla jisma wkoll dwar l-aspirazzjonijiet tagħhom u dwar l-ideat tagħhom għall-futur ta’ pajjiżna. Bernard Grech wiegħed li ser jibqa’ jisma’ liż-żgħażagħ u jikkonsulta magħhom “biex flimkien nagħtu lil pajjiżna l-aqwa futur possibbli, il-futur li jixraqlu.”

Jakkumpanjaw lill-Kap tal-PN waqt din l-attività organizzata mill-Moviment Żgħażagħ PN kien hemm, AnneMarie Grech, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino, il-President tal-MŻPN Gabriel Micallef kif ukoll kandidati tal-PN fuq it-13-il distrett.