Minħabba l-invażjoni mir-Russja fuq l-Ukrajna li bdiet aktar kmieni lbieraħ, ir-Russja ġiet uffiċjalment imkeċċijja milli tipparteċipa fil-Eurovision Song Contest.
L-organizzaturi tal-Eurovision stqarru aktar kmieni llum, illi jekk ir-Russja titħalla tipparteċipa fil-Eurovision se tħammeġ l-għan ewlieni ta’ din il-kompetizzjoni, li hi biex tgħaqqad lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea bil-mużika.
Il-Finlandja stqarret li jekk ir-Russja ma titkeċċiex min din il-kompettizzjoni, il-pajjiż se jagħmel ‘boycott’ ta’ din il-kompetizzjoni.
Diversi pajjiżi oħrajn inkluż l-Olanda u l-Latvia uwrew it-tħassib tagħhom rigward il-parteċipazzjoni tar-Russja f’din il-kompettizzjon, b’dan it-tħassib jkompli jpoġġi pressjoni fuq l-organizzaturi tal-Eurovision.
Madankollu, wara li diversi organizzazzjonijiet bħaċ-Champions League u l-F1 imponew is-‘sanzjonijiet’ tagħhom fuq ir-Russja u ma’ ħallew l-ebda ċittadin Russu jipparteċipa f’dawn il-kompetizzjonijiet, il-Eurovision imxiet fuq dan l-eżempju u waqfet il-parteċipazzjoni tar-Russja f’dan il-konkors.
//= $special ?>