L-avukat Franco Debono jemmen li l-proposta tal-Kap tal-PN Bernard Grech li Gvern ġdid Nazzjonalista joħroġ lil pajjiżna mill-greylisting fi żmien 3 xhur hija waħda fattibbli.
Dan intqal minn Franco Debono f’messaġġ li kiteb fuq il-media soċjali.
Hu rrimarka l-fatt li bħalissa qed isiru ċerti proposti elettorali li forsi ma jingħatawx l-attenzjoni xierqa.
“Il-wegħda li l-pajjiż jinħareġ mil-greylist fi żmien ftit xhur, tliet xhur – ftit ġimgħat – mad-daqqa t’ghajn taf tidher xi ħaġa straordinarja, xi weghda fiergħa. Pero’ meta taħseb dwarha nemmen li hija xi ħaġa li fil-fatt tista’ ssir.”
Franco Debono faħħar din il-proposta ta’ Bernard Grech. “Nemmen li mhix ħaġa impossibbli li dan l-pajjiż joħroġ mil-greylist fi żmien qasir ħafna ta’ ġimgħat, u nemmen allura li dik l-wegħda tista’ ssir.
//= $special ?>