Internazzjonali

“Jeħtieġ naġixxu minnufih” – Roberta Metsola

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola f’messaġġ fuq il-media soċjali qalet li l-Unjoni Ewropea ma tistax toqgħod pass lura, minflok għandha tieħu azzjoni konkreta għax mhux żmien li nistennew u nakkomodaw.

Roberta Metsola kienet qed titkellem dwar is-sanzjonijiet li l-Unjoni Ewropea għandha timponi fuq ir-Russja. Hija qalet li l-Ewropa tirrappreżenta stil ta’ ħajja li jħaddan il-libertà u d-demokrazija.

Qalet li m’għandniex inħallu r-rieda tal-EU titnaqqas minn aggressjoni tal-Kremlin li tħares lura lejn sfer ta’ influwenza minflok tħares ‘il quddiem lejn il-kunċett ta’ kooperazzjoi.