Il-Union tal-Pulizija, l-MPU ilmentat mal-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija dwar diskriminazzjoni kontra xi Surġenti stazzjonati fid-Distretti.
Fi stqarrija maħruġa l-ġImgħa, l-MPU saħqet li minħabba nuqqas ta’ staff, management ħażin u l-mod kif il-Kummissarju tal-Pulizija għażel li jifforma d-Distretti l-ġodda tal-Pulizija mingħajr konsultazzjoni mal-union, il-membri tal-union se jbatu għaliex mhux se jingħataw l-opportunità li jaqilgħu xi ħaġa żejda.
Din, qalet il-union, hija daqqa ta’ ħarta oħra lill-uffiċjali tad-Distrett, li huma l-uniċi li ma jibbenefikawx mill-Ispeċjali Duty Allowance.
Il-Union saħqet li kellha raġun tirreġistra tilwima kontra l-Kummissarju tal-Pulizija dwar id-distretti l-ġodda, filwaqt li tenniet li huwa faċli li tikkwota ‘eżiġenzi tas-servizz’ meta ma jkollok l-ebda idea xi jfisser dan verament.
//= $special ?>