Skont Lydia Abela, mart il-Mexxej Laburista, Robert Abela ta d-dettalji u wieġeb biżżejjed dwar il-kuntratt ta’ €17,000 li ħa kull xahar mill-Awtorità tal-Ippjanar, filwaqt li nfexxet fir-retorika politika tal-Leader qabel ma sabet il-kenn fil-ġurnalista tal-media Laburista.
Iżda fil-verita, il-poplu kollu jaf li s’issa Abela għadu ma wieġeb xejn fil-konret dwar dan il-kuntratt, li saħansitra kapaċi tela’ għal €28,000 fix-xahar.
U meta mbagħad staqsejniha x’taħseb dwar il-preżenza ta’ Muscat fil-kampanja tal-Labour – partikolarment wara li kien mistieden minn Deo Debattista għal attività li organizza f’Marsaxlokk – mart il-Leader telqet ‘l hemm, eżatt malli semgħet isem Joseph Muscat.
Din ir-reazzjoni ta’ Lydia Abela waslet 24 siegħa biss wara li d-Deputat Mexxej Laburista Chris Fearne qal li ma jsibx diffikultà jistieden lil Muscat għal xi attività tiegħu, f’dikjarazzjoni skjetta li kkonfermat kif il-qasma bejn il-klikka ta’ Muscat u l-klikka ta’ Abela ħakmet lil-Labour, fost botti u risposti kontinwi bejn iż-żewġ naħat.
//= $special ?>