Lokali

L-uffiċjal ta’ Transport Malta Clint Axisa akkużat b’fastidju sesswali

Clint Axisa. Axisa, li huwa uffiċali għoli ta’ Transport Malta u persuna qrib ħafna tal-Partit Laburista ġie mixli b’akkużi ta’ fastidju sesswali, li fil-konfront tiegħu huma aktar gravi peress li huwa uffiċjal pubbliku. Huwa wieġeb mhux ħati li wettaq dan il-fastidju fuq żewġ nisa, kollegi tiegħu fuq il-post tax-xogħol ta’ 31 sena u oħra ta’ 49 sena. Mistoqsi x’jagħmel bħala xogħol huwa qal li huwa Direttur tal-Infurzar ta’ Transport Malta.

Clint Axisa huwa impjegat fl-aġenzija Transport Malta li taqa’ taħt il-Ministru Ian Borg

Huwa tressaq mill-Ispetturi Joseph Busuttil u Paul Camilleri u deher quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit, b’rabta ma’ fastidju sesswali u dan fl-uffiċċini ta’ Transport Malta f’Raħal Ġdid. Axisa ta’ 42 sena, residenti l-Fgura ġie mixli li kkommetta r-reati fis-seba 2021 fi żminijiet differenti.

Axisa li deher nervuż ħafna fl-awla tal-Qorti ġie mixli quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li kkommetta atti ta’ natura sesswali mingħajr kunsens tal-allegati vittmi. Ġie mixli wkoll li uża konatazzjonijiet sesswali. nklużi bil-fomm, mossi jew materjal.

L-akkużi jgħidu wkoll li Axisa li uża aġġettivi li mhumiex mixtieqa u li huma degradanti u saħansitra intimidazzjoni fil-konfront tat-tfajliet. Akkuża oħra tgħid li huwa kkometta reat li kellu d-dmir li jissorvelja u jara li ma jseħħx.  Inizjalment il-libertà proviżorja ma kinitx se tingħata, fejn il-qorti qalet lil Axisa li il-ħin kollu jinterrpompi waqt l-eżitu tal-kawża, atteġġjament li wera li hu “evidentement kellu diffikultà biex jikkontrolla lilu nniffsu.”

L-Avukat Azzopardi minn naħa tad-difiża sostna li l-akkużat għandu rekord kriminali nadif, li kienet kkontestata mill-prosekuzzjoni. Huwa qal lill-Qorti li z-zijuh u martu kienu lesti jidħlu bħala terzi garanti, li l-akkużat kien ikkoopera mal-pulizija, bħalissa kien sospiż mid-dmirijiet tiegħu, u li l-mobile tiegħu kien diġà jagħmel parti mill-evidenza.

“Jekk illum mhux se jingħata l-libertà proviżorja, meta? Diċembru?” qal Azzoaprdi filwaqt li ġibed l-attenzjoni tal-qorti dwar il-timing ta’ meta kien qed jitressaq. L-Avukat Marion Camilleri, dehret parte civile għall-vittmi flimkien mal-avukat Franco Debono, qalet li ma kellha l-ebda oġġezzjoni għall-ħelsien mill-arrest.

L-Avukat Herman Mula, li kien qed jiddefendi wkoll lil Axisa, qal lill-qorti li l-prosekuzzjoni “poġġew il-karrettun quddiem iż-żiemel. Il-Qorti wara ddeċidiet li se tkun qed tagħti l-libertà proviżorja lil Axisa. Malli sema’ dan l-akkużat beda jibki, bla dmugħ,.

Meta mistoqsi fejn se jkun qed jgħix, peress li ma setax ikompli jgħix maġenb missier wieħed mill-akkużati, Axisa kemm-il darba qal lill-Qorti li, minbarra d-dar tiegħu tal-Fgura, kellu wkoll proprjetajiet f’Ħal Tarxien, iż-Żejtun u l-Belt u għalhekk jista’ jiġi ordnat jgħix f’wieħed minnhom.

Ingħatat il-libertà proviżorja kontra depożitu ta’ €10000 u garanzija personali ta’ €30,000, Axisa ġie ordnat jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa, iċedi l-karta tal-identità tiegħu. Huwa kien ipprojbit ukoll milli jikkuntattja lill-vittmi jew lill-familji tagħhom. Arthur Azzopardi u Herman Mula deheru għal Axisa filwaqt li l-Avukat Marion Camilleri qed tidher bħal parte civile għan-nom tal-vittmi.