Il-Kap tal-PN Bernard Grech appella lill-Prim MInistru Robert Abela biex iwaqqaf immedjatament il-bejgħ tal-passaporti Maltin lir-Russi.
Huwa spjege li jekk Robert Abela se jibqa’ jisfida u se jibqa’ jagħti passaġġ liberu lil persuni li jistgħu ikollhom rabtiet kriminali mal-forzi Russi se jkun qed jipperikola lil pajjiżna.
Bernard Grech sostna li l-Partit Nazzjonalista għandu viżjoni bbażata fuq il-ġid u fuq is-sewwa u fuq kif lil pajjiżna nagħtuh reputazzjoi aħjar u joħroġ mill-grey listing.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li lill-Prim Ministru Robert Abela ma tistax lanqas tafdah bis-sigurtà ta’ pajjiżna. Gvern Laburista biegħ iċ-ċittadninanza Maltija lil diversi Russi, li jidher li ħafna minnhom xtrawha għal raġunijiet dubjużi. Il-Gvern qed jibqa’ jaħbi l-ismijiet tar-Russi li qed jixtru passaport Malti.
//= $special ?>