Kultura Lokali

Skultura ta’ Neil Agius f’wirja fil-Belt Valletta

Austin Camilleri żvela skultura tal-bronż ta’ 2.6m ta’ Neil Agius. Din l-iskultura ġiet żvelata tul-wirja ġdida bl-isem LE.IVA: Anger is a Lazy Form of Grief fi Spazju Kreattiv, fil-Belt Valletta.

Ix-xogħol bl-isem LEAP jifforma parti minn sensiela ta’ xogħlijiet tal-arti dinamiċi li se jkunu għall-wirja sal-10 ta’ April 2022.

Id-dieqa, ir-rabja jew l-uġigħ huma fost ħafna affarijiet oħra t-temi li hemm tul din il-wirja, u dan kollu se jkun evidenti tul l-arti eżebita fil-wirja ta’ Camilleri.

Aktar dettalji hawnhekk.