Ftit tal-minuti ilu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wasal id-Dar Ċentrali u inawgura l-maduma fejn hemm l-arma tal-Partit bil-mużajk… proġett li kien fdat f’idejn Anne Fenech.
Bernard Grech irringrazzja lil dawk kollha li qed jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-PN… appoġġ li permeżż tiegħu qed inwasslu l-politika li jrid iwassal il-Partit Nazzjonalsita.
Huwa qal lli l-PN mhux iberbaq flus il-poplu bħalma jagħmel il-Gvern Laburista, iżda jinvestihom bl-aħjar mod għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. “Bikom nibnu Malta ahjar u magħkom inwasslu l-viżjoni li għandna għal pajjiżna.
F’intervista li kellu waqt il-Maratona l-Kap tal-PN Bernard Grech semma kif ma’ kull min jiltaqa’ jagħtih enerġija ġdida u jagħtih tama li lkoll flimkien se nwasslu lil pajjiżna fejn vermant jixraqlu.

Il-Partit Nazzjonalsita qed jippreżenta ‘l fuq minn 500 proposta li jwasslu messaġġ pożittivi u viżjoni li biha se jkun qed iwettaq dak li jwiegħed.
Bernard Grech qal li li permezz ta’ dawn il-proposti kollha l-poplu Malti se jkollu dak li jixraqlu sabiex jgħix ħajja dinjituża.
Huwa qal li l-għan prinċipali tal-PN huwa li jservi lin-nies u mhux jisserva bihom bħall-Gvern Laburistra. Wara 100 siegħa li tħabbret id-data tal-elezzjoni ġenerali, il-PN għandu programm elettorali bi proposti konkreti.
“Miegħek, għal Malta”… messaġġ li verament juri dak li jrid il-Partit Nazzjonalista għal Malta u Għawdex.
