Lokali

Tħassib dwar jet privat Russu li niżel f’pajjiżna

Il-ġurnalist Sqalli Sergio Scandura ftit tal-ħin ilu fuq Twitter kiteb dwar jet privat li telaq minn Moska u li għamel waqfiet qosra l-ewwel f’Ċipru, imbagħad Malta u issa f’Montenegro.

Scandura jikkummenta li wieħed jassumi li Malta qed timxi strettament mas-sanzjonijiet mingħajr ma tagħti l-iċken ċans lill-oligarki Russi li ‘jippustjaw affarihom’.

Il-kumment jidher li huwa wieħed sarkastiku u l-immaġni li Scandura tella’ fuq Twitter turi rotta ta’ ajruplan li telaq minn Moska direzzjoni lejn il-gżira ta’ Ċipru. Minn hemm tar lejn Malta u mbagħad lejn il-Montenegro.