Lokali

GĦADA: Bernard Grech jindirizza r-rally fiż-Żurrieq

Il-PN għandu kollox lest għar-rally ta’ għada l-Ħadd – it-tielet wieħed wara dak ta’ ġimgħa ilu quddiem id-Dar Ċentrali tal-PN, u dak tal-lum fix-Xagħra Għawdex.

Għada, il-Partit Nazzjonalista se jkompli jispjega l-messaġġ b’saħħtu li qed iwassal matul din il-kampanja elettorali – messaġġ pożittiv li qed iwassal Bernard Grech f’kull laqgħa li qed ikollu.

Ir-rally fiż-Żurrieq jibda fit-3.30pm, u l-attivita se tkun qed tinkludi mużika u divertiment… bis-sehem ta’ numru ta’ kantanti lokali li se jagħtu l-wirjiet tagħhom qabel ma jsiru d-diskorsi politiċi.

Bernard Grech se jkun qed jindirizza dan ir-rally bħala parti mill-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista… bit-tema Miegħek. Għal Malta.