Internazzjonali

IL-BATTALJA GĦAL KIEV: “Qed niġġieldu biex inwaqqfu l-mewġa Russa”

Assedju fuq il-kapitali Ukrena

Is-suldati Ukreni ilhom sigħat sħaħ jirreżistu l-avvanz tal-armata ta’ Vladimir Putin. Dan hekk kif is-suldati Russi, fl-aħħar 24 siegħa, infiltraw f’diversi zoni ta’ Kiev – għalkemm il-kapitali għadha f’idejn l-Ukreni.

Is-Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà Ukren Oleksiy Danilov stqarr li s-suldati ta’ pajjiżu qed jibqgħu jissieltu biex il-kapitali ma taqax f’idejn ir-Russi. Huma mhux biss imblukkaw diversi pontijiet u toroq prinċipali, iżda żammew ukoll il-kontroll taċ-ċentru, fejn hemm l-amministrazzjoni tal-pajjiż.

Matul il-lejl li għadda instemgħu diversi splużjonijiet u anke sparar mal-periferija ta’ Kiev.