Il-qawwiet tal-President Russu Vladimir Putin kisbu l-ewwel suċċess notevoli mill-bidu tal-invażjoni wara li ħatfu l-belt ta’ Melitopol, lejn in-nofsinar tal-Ukrajna. F’din il-belt jgħixu mal-150,000 ruħ u l-indikazzjonijiet huma li r-Russi tilfu ammont ‘sostanzjali’ ta’ suldati sakemm ħaduha,
Iżda waqt li r-Russi qed jippruvaw jaħtfu aktar art fl-Ukrajna, ir-Renju Unit u madwar 25 pajjiż ieħor qed jibgħatu aktar armamenti lill-Ukreni biex jirreżistu aħjar lill-qawwiet tal-għadu.
Min-naħa tagħha, in-Nazzjonijiet Uniti ikkalkulat li mal-100,000 persuna ħarbu mill-Ukrajna fi spazju ta’ 48 siegħa wara li l-ewwel truppi Russi daħlu fl-artijiet tal-Ukrajna.
//= $special ?>