Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Jikkuntestaw kull nitfa art fost l-attakki tar-Russi fuq Kiev u bliet oħra

A woman walks in front of a damaged residential building at Koshytsa Street, a suburb of the Ukrainian capital Kyiv, where a military shell allegedly hit, on February 25, 2022. - Russian forces reached the outskirts of Kyiv on Friday as Ukrainian President Volodymyr Zelensky said the invading troops were targeting civilians and explosions could be heard in the besieged capital. Pre-dawn blasts in Kyiv set off a second day of violence after Russian President Vladimir Putin defied Western warnings to unleash a full-scale ground invasion and air assault on Thursday that quickly claimed dozens of lives and displaced at least 100,000 people. (Photo by Daniel LEAL / AFP)

L-Armata tar-Russja, fl-aħħar sigħat, intensifikat l-offensiva fuq iz-zoni urbani u strateġiċi tal-kapitali tal-Ukrajna u meta spikkaw l-isparaturi tal-missili lejn iz-zoni prinċipali ta’ Kiev fejn qed jgħixu numru sinifikanti ta’ ċivili.

Madankollu – u minkejja li l-ġlied bejn id-difensuri Ukreni u r-Russi baqa’ għaddej ukoll fl-inħawi ta’ Odessa u Kharkiv –  l-Ukreni jidhru li qed jirreżistu b’mod effettiv għall-invażjoni tal-militar Russu, fost it-telf ta’ ħajja qawwija fuq kull naħa.

Sadanittant, il-pjanI tar-Russja biex tokkupa ‘malajr’ lil Kiev u l-ibliet prinċipali kollha tal-Ukrajna jidhru li ħabbtu ma mhux ftit tal-intoppi, bit-truppi ta’ Moska qegħdin iħallsu prezz qares għal kull nitfa art li jieħdu. Fl-istess ħin, il-missili tar-Russi qegħdin jolqtu, fost oħrajn, il-blokki residenzjali fil-kapitali Ukrena.

Fl-aħħar sigħat, il-qawwiet Russi kienu qed jagħmlu minn kollox biex jegħlbu d-difiżi fi Kiev u jaslu saċ-ċentru tal-kapitali Ukrena, iżda huma baqgħu jiffaċċjaw sfida ħarxa mill-Ukreni. Intant, ir-rapporti qabel morna għall-istampa indikaw li t-truppi Russi kienu anqas minn 30 kilometru ‘il bogħod miċ-ċentru ta’ Kiev

L-aħħar statistika qed turi li mietu ‘il fuq minn 200 Ukreni mindu l-qawwiet ta’ Putin invadew lill-Ukrajna fis-sigħat bikrin tal-Ħamis. Madankollu – u filwaqt li r-Russi mhumiex joħorġu ċifri ta’ suldati maqtula jew midruba – l-indikazzjonijiet huma li l-Armata ta’ Putin tilfet l-eluf tat-truppi, minbarra kwantità ta’ ajruplani, ħelikopters u vetturi tal-gwerra.

Fil-fatt, l-Ukrajna talbet biex il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar ineħħi l-katavri ta’ ‘eluf’ ta’ Russi li nqatlu s’issa fl-invażjoni u bil-għan li l-katavri jittieħdu lura lejn ir-Russja. Il-Viċi-Prim Ministru tal-Ukrajna, Iryna Vereshchuk, intant, appellat biex il-Kumitat Internazzjonali jimpenja ruħu minnufih għat-tneħħija tal-katavri tar-Russi bħala ‘ħtieġa umanitarja’.