Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Ġellieda Ċeċeni jissieħbu fil-konflitt fuq in-naħa tar-Russja

Il-Mexxej tar-reġjun taċ-Ċeċenja – repubblika kostitwenti tar-Russja – ikkonferma li bagħat il-ġellieda Ċeċeni lejn l-Ukrajna biex jappoġġjaw lill-Armata tal-President Russu Vladimir Putin fil-konflitt attwali.

Ramzan Kadyrov qal li l-qawwiet Ċeċeni, fl-aħħar sigħat, irnexxielhom jaħtfu faċilità militari tal-Ukrajna mingħajr ma sofrew telf ta’ ħajja.

Kadyrov – li hu alleat ewlieni ta’ Vladimir Putin –għamel diskors fejn iġġustifika l-invażjoni tal-Ukrajna. Hu qal li d-deċiżjoni ta’ Moska biex tattakka lill-Ukrajna ‘għandha twaqqaf lill-għedewwa ta’ Moska milli jużaw l-artijiet Ukreni għal offensiva fuq ir-Russja.’

Il-ġellieda Ċeċeni leali għal Kadyrov għandhom reputazzjoni għall-brutalità u meta qed jiffaċċjaw akkużi dwar reati kontra l-bniedem.