Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Iċ-ċittadini ta’ Kiev qed jistennew lejl kiefer ieħor

Iċ-ċittadini ta’ Kiev, il-belt kapitali tal-Ukrajna, qed jistennew mewġa ġdida ta’ attakki mill-Armata Russa matul dan il-lejl.

Dan waqt li s-Sindku ta’ Kiev Vitali Klitschko — l-eks boxer ta’ fama mondjali — impona curfew riġidu għar-residenti fi Kiev u li jibqa’ validu sat-Tnejn filgħodu. Hu wissa li kulmin jidher fit-toroq ta’ Kiev għandu jitqies bħala ‘aġent tar-Russja’ u jkollu jħallas il-konsegwenzi.

L-aħħar attakki tal-Armata Russa fallew milli jaslu saċ-ċentru ta’ Kiev u s-sigħat li jmiss għandhom ikunu kruċjali għal dawn il-qawwiet u d-difensuri Ukreni.