Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Il-bumbardamenti fuq Kiev qed ifakkru fl-attakki Nażisti tal-1941

A man clears debris at a damaged residential building at Koshytsa Street, a suburb of the Ukrainian capital Kyiv, where a military shell allegedly hit, on February 25, 2022. - Russian forces reached the outskirts of Kyiv on Friday as Ukrainian President Volodymyr Zelensky said the invading troops were targeting civilians and explosions could be heard in the besieged capital. Pre-dawn blasts in Kyiv set off a second day of violence after Russian President Vladimir Putin defied Western warnings to unleash a full-scale ground invasion and air assault on Thursday that quickly claimed dozens of lives and displaced at least 100,000 people. (Photo by Daniel LEAL / AFP)

Il-Gvern tal-Ukrajna qal li l-aħħar bumbardamenti bil-missili fuq Kiev huma ‘simili’ għall-meta l-kapitali Ukrena, fl-1941, kienet attakkata mill-qawwiet tal-eksdittatur Nażista Adolf Hitler waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.

Dan sostnieh il-Ministru Ukren għall-Affarijiet Barranin Dmytro Kuleba li ma rreferiex għat-telf ta’ ħajja potenzjali b’kaġun tal-aħħar bumbardamenti mill-Armata ta’ Vladimir Putin.

Kuleba ukoll baqa’ isostni l-messaġġ ta’ sfida kontinwa minn Kiev u fakkar ‘li bħalma l-Ukrajna kienet għelbet lin-Nażiżmu, hekk ukoll se toħroġ rebbieħa fuq l-aggressuri ta’ Moska’. Hu appella wkoll ‘biex id-dinja  taqta’ kull irbit mar-Russja ta’ Putin u b’mod li dan il-pajjiż jibqa’ iżolat għalih waħdu’.

Dan meta l-mexxejja tal-Istati tan-NATO qed jikkunsidraw il-passi li jmiss kontra l-Kremlin ta’ Moska, fost pressjoni akbar biex iżidu mas-sanzjonijiet li tħabbru diġà fil-konfront tar-Russja.