Il-Papa Franġisku hu mnikket ħafna għal dak li qed iseħħ fl-Ukrajna u wiegħed li se jagħmel kulma jista’ biex iwaqqaf id-dmija.
Hu, fl-aħħar sigħat, żar l-Ambaxxata Russa fil-Belt tal-Vatikan biex jesprimi personalment l-inkwiet dwar il-gwerra u jwassal il-messaġġ li hu irid jgħin biex iwassal għal konklujoni paċifika fl-Ukrajna.
Il-ġest tal-Papa hu mingħajr preċedent meta s-soltu huma l-Kapijiet tal-Knisja li jirċievu l-ambaxxaturi u l-kapijiet tal-Istat fil-Vatikan.
Intant, il-fatt li l-Papa – bħala l-Kap tal-Istat tal-Vatikan – ivvjaġġa distanza żgħira lejn l-Ambaxxata Russa għas-Santa Sede indika r-rabja tiegħu għall-invażjoni tal-Ukrajna u d-determinazzjoni tiegħu li ma tintilfx aktar ħajja innoċenti.
//= $special ?>