Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: ‘Iwaqqgħu ajruplan bil-paratruppi Russi’

Il-Ministeru tad-Difiża tal-Ukrajna qal li t-truppi tiegħu rnexxielhom iwaqqgħu ajruplan li kien ‘ippakkjat bil-paratruppi Russi’. It-twaqqigħ tal-ajruplan qed jingħad li seħħ viċin Kiev, bir-riżultat li mietu ammont kbir ta’ paratruppi tal-President Vladimir Putin.

Intant, l-osservaturi indipendenti u l-Ministeru Russu għad-Difiża ma verifikawx (għalissa) dan ir-rapport.

Dan wara li l-Ukrajna qalet li numru ta’ fighter-jets tal-Ukreni kienu interċettaw l-ajruplan ( troop carrier) tat-tip IL-76 MD waqt li dan kien qed iwassal lill-paratruppi lejn ir-reġjun ta’ Kiev. Skont l-informazzjoni relatata ma’ dan it-tip ta’ ajruplan, l-IL-76 MD kapaċi jġorr sa 170 suldat flimkien mal-membri tal-ekwipaġġ.