Filwaqt li l-President Vladimir Putin mhu qed juri l-ebda intenzjoni li jirtira lit-truppi mill-ibliet tal-Ukrajna, ir-retorika aggressiva minn Moska kompliet, bl-eks President Russu Dmitry Medvedev jisħaq li “Moska mgħandhiex bżonn ta’ rabtiet diplomatiċi mal-Punent’.
L-aħħar diskors minn Moska seħħ waqt li l-pajjiżi tal-Punent kienu qed iħabbru mewġa ġdida ta’ sanzjonijiet li mistennija jagħmlu l-ħajja fir-Russja dejjem aktar diffiċli.
Medvedev – li fl-2020 kien tkeċċa minn Putin waqt li kien qed jokkupa r-rwol ta’ Prim Ministru – illum qed iservi bħala l-Viċi-Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà influwenti ta’ Moska. Intant, Medvedev, permezz ta’ messaġġ fuq il-media soċjali, qal li ‘wasal iż-żmien biex l-ambaxxati tal-pajjiżi f’Moska ‘jingħalqu kollha bil-katnazz’ waqt li għamilha ċara li l-invażjoni tal-Ukrajna se tkompli ‘sakemm jintlaħqu l-iskopijiet ta’ Vladimir Putin’.
Dan meta sallum huwa biss Putin li jaf eżatt x’għandu f’moħħu għall-Ukrajna, bid-dmija fl-artijiet Ukreni qed tiżdied minn siegħa għall-oħra,
Fl-istess ħin, Dmitry Medvedev ikkundanna s-sospensjoni tar-Russja mill-Kunsill tal-Ewropa iżda ftaħar li Moska, issa, ‘għandha l-opportunità biex tattiva mill-ġdid il-piena tal-mewt bħala parti mil-liġi tar-Russja’.
//= $special ?>