Il-Prim Ministru tal-Ungerija, Viktor Orban, ikkonferma li pajjiżu se jappoġġja bis-sħiħ is-sanzjonijiet kollha li l-Unjoni Ewropea għandha timponi fuq ir-Russja, b’kaġun tal-aġir aggressiv minn Moska.
Id-dikjarazzjoni ta’ Orban hi sinifikanti meta hu, sa ftit ilu, kien ikkunsidrat bħala ‘l-akbar alleat tal-President Russu Vladimir Putin minn fost il-Mexxejja kollha tal-UE’.
Orban, fil-fatt, tenna li l-pajjiżi kollha tal-Ewropa, inkluża l-Ungerija, qed jikkundannaw bla riservi l-azzjonijiet militari tar-Russja fl-artijiet tal-Ukrajna. ‘Dan mhux żmien li nilgħabu bid-diskors meta għaddejja gwerra fl-Ewropa’, qal Orban li ħeġġeġ biex is-sitwazzjoni tirritorna għal li kienet qabel il-konflitt u ‘biex il-partijiet ikkonċernati jirristawraw il-paċi fil-kontinent’.
//= $special ?>