Elezzjoni 2022 Lokali

“Il-Programm Elettorali tal-PN joffri pjan sod għall-pajjiż” – The Malta Independent

L-editorjal ta’ The Malta Independent tal-lum is-Sibt bit-titlu “Il-manifest tal-PN joffri blueprint sod għall-pajjiż” jgħid li l-PN irnexxielu joħroġ b’list kbira ta’ miżuri effettivi u dan għamlu kmieni fil-kampanja elettorali.

The Malte Independent tfaħħar l-inizjattiva tal-PN li jibbaża l-manfiest tiegħu fuq il-prinċipju tal-ESG – jew Environment Social Responsibility and Governance. Dan ifisser li l-proposti kollha jikkunsidraw l-ambjent, ir-responsabbiltà soċjali kif ukoll il-governanza tajba, u li kumpaniji u organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jibbenefikaw minn inċentivi jekk iżommu ma’ dawn it-tliet prinċipji.

Dan, tgħid l-Independent, huwa diġà minnu nfih pass fid-direzzjoni t-tajba għaliex jiżgura li jkun hemm compliance mad-dipartiment tat-taxxa, ikun żgurat li ma jkunx hemm impjiegi fuq zero hour contract, li jkun rispettat il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u jkun hemm titjib f’dik li hija klima u ambjent.

Proposti oħra li kisbu kliem ta’ tifħir mill-editur tal-Independent kienu dik tat-trackless tramm, il-proposta li l-art pubblika tiżdied b’50,000 metru kwadru – art li għandha tinbidel f’żoni fejn il-poplu jista’ jirrikrea ruħu.

Il-proposta li toroq prinċipali jgħaddu minn taħt l-art permezz ta’ mini biex ikompli jiżdied l-ispazju fuq l-art hija oħra li ntlaqgħet tajjeb ferm flimkien ma ideat oħra varji, fosthom dik tal-liġijiet li jipproteġu s-saltna tad-dritt – liġijiet li l-Gvern diġà vvota kontrihom.

L-Independent issemmi l-idea tal-4 day week u r-reviżjonijiet fit-taxxa proposti mill-PN bħala proposti oħra pożittivi.

Ma setax jonqos li l-proposta li l-kuntratt oxxen mogħti lil Steward jitwaqqaf issib ukoll is-sostenn tal-editur, li jsemmi wkoll l-idea li Gvern ġdid Nazzjonalista jara li jsir referendum fost l-Għawdxin l-mina t’Għawdex .

L-editorjal jgħid li filwaqt li l-Partit Nazzjonalista nieda minnufih il-manifest elettorali tiegħu, il-Parit Laburista għadu ma ppubblikahx. Dan, jgħid l-editur ixxejjen kompletament dak li qal id-Deputat Prim Ministru Chris Feare nhar il-Ħamis, li l-PN mhux preparat għal din l-elezzjoni.