“Jekk il-PN jiġi elett fil-Gvern ifisser li Malta tasal… tasal biex tibda tapplika l-viżjoni li l-mira tagħha hi li tagħmel bidla ġusta fil-pajjiż.”
Kien dan li qal il-Viċi Kap tal-PN, Robert Arrigo waqt il-maratona ġbir ta’ fondi fejn kompla jgħid li l-programm elettorali tal-PN sar bi ħsieb li mhux talli jwaqqaf is-serq minn but il-poplu iżda wkoll irodd lura dak li nsteraq.
Arrigo kompla jgħid li l-Partit Nazzjonalista għandu viżjoni li jagħti futur aħjar għal Malta… u dan se jsir billi fost l-oħrajn, il-PN se jkun qed jonfoq il-flus tal-poplu Malti għall-ġid tiegħu u mhux għal tal-qalba.
//= $special ?>