“Il-PN huwa s-soluzzjoni għal pajjiżna kemm għall-immedjat u anke għall-futur.”
Kien dan li qal il-Viċi Kap tal-PN, David Agius waqt il-maratona ġbir ta’ fondi fejn kompla jgħid li l-PN għandu viżjoni għal Malta.
David Agius qal li l-Partit fil-Gvern se jkun qed jagħti l-flus lura li nsterqu lill-poplu Malti taħt Gvern tal-Labour. U mhux dan biss. Hu qal li l-Partit se jkun qed jgħin lil dawk l-iktar vulnerabbli, fosthom l-anzjani li mhumiex ilaħqu minn jum għal jum kaġun tal-għoli tal-ħajja… li iktar ma jmur iktar qed tiżdied, bil-Gvern jibqa’ jgħalaq għajnejh quddiem dan kollu.
//= $special ?>