Lokali

“Il-PN jista’ jagħti futur aħjar għal Malta” – Michael Piccinino

“Permezz tal-proposti li nedejna, il-PN qed nittama li l-poplu Malti jafda lill-Partit biex jagħtih ċ-ċans iwettaq dawn meta jkun qed imexxi il-Gvern taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech.”

Kien dan li qal is-Segretarju Ġenerali, Michael Piccinino lejn tmiem il-maratona ġbir ta’ fondi fejn kompla jgħid li l-Partit Nazzjonalista jista’ jibqa’ sejjer permezz tal-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi.

Michael Piccinino kompla jgħid li l-PN fil-Gvern kapaċi jagħti futur aħjar għalina u għal uliedna.