Il-Polonja mhux se jilagħbu l-playoff tagħhom tat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar kontra r-Russja wara l-invażjoni tal-Ukrajna. Il-captain Robert Lewandowski qal li għalkemm il-players Russi m’għandhomx tort f’din is-sitwazzjoni, jemmen li din hija l-aħjar deċiżjoni f’dawn iċ-ċirkostanzi. Il-playoff bejn ir-Russja u l-Polonja hi skedata għall-24 ta’ Marzu, fejn fl-istess ġurnata għandha tintlagħab playoff oħra bejn l-Ukrajna u l-Iskozja, fi Glasgow.
//= $special ?>