Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, għamilha ċara li l-Ukreni mhumiex se jċedu l-armi bħalma qed titlob Moska u li l-poplu tiegħu beħsiebu jkompli jirreżisti l-invażjoni bir-riżorsi kollha tiegħu.
Zelensky qiegħed jibgħat kontinwament il-filmati tiegħu biex ixejjen rapporti qarrieqa tar-Russi li hu ‘telaq minn Kiev’. Sadanittant, il-President Ukren – li hu mmarkat għall-mewt mit-tmexxija fil-Kremlin – anki rrifjuta l-offerta tal-Istati Uniti biex ikun evakwat lejn pajjiż ieħor.
Volodymyr Zelensky, permezz ta’ filmat partikulari, qal li l-qawwiet tiegħu waqqfu pjan tar-Russja biex hu jisfa ‘eliminat’ u biex Moska tistalla Gvern ġdid fi Kiev li jkun servili lejn Putin. Hu ħeġġeġ biex ir-Russi stess iwettqu pressjoni fuq il-President tagħhom biex iwaqqaf l-invażjoni qabel tintilef aktar ħajja innoċenti.
//= $special ?>