Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri numru ta’ Pulizija jneħħu xemgħat u posters b’messaġġi kontra l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna li tpoġġew waqt protesta li saret il-Ġimgħa quddiem l-ambaxxata Russa, fil-Kalkara.
Fil-messaġġi tagħhom, dawk li marru jipprotestaw ordnaw biex tittieħed azzjoni biex jitwaqqaf il-President Russu, Vladimir Putin milli jkompli jattakka lill-Ukrajna.
Dawn il-messaġġi tneħħew il-mument li l-protesta ġiet fi tmiemha… messaġġi li tpoġġew biex jitwassal messaġġ ċar, bil-Pulizija neħħew dan minnufih.
//= $special ?>