Sport Sport Ieħor

Imut Jovin Rausi, pijunier fl-isport tal-ibburdjar f’pajjiżna

Tħabbret il-mewt ta’ Jovin Rausi, pijunier fl-isport tal-Ibburdjar f’Malta. Rausi kien involut fl-ibburdjar sa mill-1975 kemm bħala kompetitur kif ukoll bħala organizzatur. Hu kien il-fundatur tal-Għadira Sailing Club kif ukoll okkupa l-kariga ta’ president tal-Malta Sailing Federation.

Rausi kien ukoll membru tal-ġurija internazzjonali fit-tlielaq tal-Middle Sea fil-bidu tat-tmeninijiet, fejn kien ukoll Chairman tat-tlielaq tal-Middle Sea fl-1998 u fl-1999, bħala membru tal-Kumitat Olimpiku Malti. Jovin Rausi rebaħ l-unur tal-uffiċjal tas-sena fl-għażliet sportivi nazzjonali fl-1984.

Rausi mexxa wkoll l-avvenimenti tal-ibburdjar fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f’Malta fl-1993 u fl-2003.